9 persuni ġew arrestati matul il-lejl li għadda meta nqabdu f’Paceville b’droga kokaina, raża tal-kannabis u ecstasy.
L-irġiel għandhom bejn is-17 u l-31 sena u ġew arrestati f’diversi zoni u clubs f’Paceville.
Il-Pulizija qalu li l-arresti saru wara diversi osservazzjonijiet u li l-irġiel arrestati huma Maltin ħlief tnejn, wieħed mill-Gambja u l-ieħor Ingliż.
Il-Pulizija qalu wkoll li l-persuni arrestati qed jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.
//= $special ?>