Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ fi Triq Aldo Moro għall-ħabta tas-2 ta’ waranofsinhar.
Fl-inċident, żewġ karozzi li kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni, għal xi raġuni kellhom impatt. Waħda mill-karozzi ħabtet ukoll fil-barrier li hemm f’nofs it-triq biex tifred karreġġjata minn oħra.
Għal ftit ħin inġema’ xi traffiku minħabba li kawża tal-inċident ġew imblukkati madwar tlett karreġġjati tat-triq.
Fuq il-post issejjħu l-Pulizija li għenu biex il-karozzi jitressqu min-nofs biex it-traffiku seta’ kompla għaddej.
Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew ukoll minħabba likwidu jiżloq li ħareġ minn waħda mill-karozzi.
//= $special ?>


