Il-Milied; festa li għal ħafna hija assoċjata mal-ferħ, ċelebrazzjonijiet u żmien fejn wieħed jgħaddi mumenti speċjali flimkien mal-familja.
Iżda għal ħaddiema tad-De La Rue dan il-Milied hu eżatt l-oppost; inċertezza u tħassib kbir kif jispjegaw l-istess haddiema lil The Sunday Times of Malta.
Ħaddiema li ntefaw f’inċertezza wara li fl-ahhar ġimgħat ħarġet l-aħbar li l-kumpanija kienet ser tkeċċi madwar 400 impjegat f’eżerċizzju ta’ ristrutturar.
“L-ispirtu tal-Milied tiegħi din is-sena huwa ineżistenti; kif nista’ niċċelebra meta naf li hemm ċans li jien fost dawk li ser nispiċċa bla xogħol f’April?” tenna ħaddiem li tkellem ma’ The Sunday Times of Malta.
Ħaddiem ieħor tenna b’qalb maqsuma li kellu jiftiehem mal-mara sabiex jgħatu rigali b’valur baxx. Sostna li qed jittama li uliedu jirċievu rigali sbieħ mingħand nies oħra minkejja r-rigali miżeri li se jkollu jagħti hu.
Ħaddiema spjegaw kif l-inċertezza qed isservi ta’ piż kbir fuq il-ħaddiema bil-mistoqsijiet tal-ħaddiema jibqgħu dejjem mhux mwieġba.
Fost il-ħaddiema hemm ukoll biża’ li jitkellmu wara li ngħataw dokument biex jevitaw li jitkellmu mal-ġurnalisti u meta mistoqsija jirreferu dejjem lill-kumpanija.
//= $special ?>

