L-inkjesta Maġisterjali b’rabta ma’ l-inċident li seħħ f’Paceville fl-14 ta’ Novembru li għaddha wasslet biex s’issa ġew interrogati aktar minn 200 persuna.
Dakinhar 74 żgħażugħ u żgħażugħa indarbu meta ċeda l-poġġaman tat-taraġ tal-istabbiliment tad-divertiment Plus One.
Dan ġie żvelat mill-gazzetta The Sunday Times of Malta fejn jinghad li fl-inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doreen Clarke qed tingħata attenzjoni partikolari lil numru ta’ aspetti dwar is-saħħa u s-sigurta’ tal-club in kwistjoni.
F’kumment mal-istess gazzetta, il-Ministru Carmelo Abela qal li l-inkjesta qed ssir b’serjeta’ sħiħa u mistennija tiġi konkluża fi żmien xieraq.
L-inċident f’Paceville qanqal diskussjoni fuq livell nazzjonali dwar is-sigurta f’Paceville b’numru ta’ żgħażagħ iressqu bosta kummenti dwar is-sitwazzjoni fil-qalba tan-night life f’Malta.
Minn dakinar f’Paceville wieħed seta’ jinnota li kien hemm zieda fil-kontrolli, bl-uffiċjali tas-sigurta’ tal-istabbilimenti jitolbu d-dokumenti tal-identita’ qabel dak li jkun jidhol fl-istabbilimenti … xi haga li suppost kienet issir izda ma kinitx daqstant komuni.
//= $special ?>

