Lokali

Issir il-Qabża l-Baħar fil-bajja tal-Għadira

14-il persuna u żewġt’iklieb sfidaw it-temp xitwi ta’ Diċembru, b’temperatura tal-baħar ta’ 18-il grad, u ħadu sehem f’Qabża il-Baħar b’Risq id-Dar tal-Providenza.

Din is-sena nġabret is-somma ta’ aktar minn tlett t’elef Ewro, żieda ta’ madwar 700 Ewro fuq is-sena li għaddiet għalkemm l-attendenza kienet inqas mis-sena l għaddiet.

Id-Direttur Fr Martin Micallef, kien preżenti għal din l-attivita’.

Titty, il-kelba li f’Lulju li għadda ġibdet l-ammirazzjoni ta’ eluf madwar id-dinja wara il-qabza mill-irdumijiet ta’ St Peter’s Pool ukoll għamlet din il-qabża.

Il-flus miġbura jiġi prezentati lid-Dar tal-Providenza waqt il-Festa ta’ Ġenerożita’ fl-ewwel ta’ Jannar.