Aktarx, il-ħolma tiegħek li tirbaħ €7,000, taret mar-riħ!
Ritratt li qed idur fuq il-media soċjali juri l-urna li hemm il-Belt Valletta miftuħa, b’munzell biljetti li nfirxu mal-art. Aktarx l-urna nfetħet minn xi ħadd.
Fortunatament, aktar tard deher uffiċjal tas-sigurtà jiġbor il-biljetti u jitfagħhom lura fl-urna, madanakollu mhux eskluż li minħabba dan l-att intilfu xi biljetti.
Il-kompetizzjoni ssir kull sena u tipprovdi l-opportunità lill-bejjiegħa li jirbħu ammont kbir ta’ flus meta jixtru mill-ħwienet tal-Belt Valletta.
//= $special ?>