Il-Mument illum żvelat kif is-Sirjan Alali Fawaze li f’Novembru li għadda kien se jivvjaġġa lejn Malta minn Bergamo b’dokumenti foloz instab ħati ta’ dan u weħel sena u nofs ħabs. Il-Qorti ta’ Bergamo kkonfermat ukoll li Alali Fawaze kellu mowbajl b’materjal ta’ appoġġ u propaganda favur l-ISIS.
Alali Fawaze ta’ 30 sena, kien inqabad mill-Pulizija ta’ Bergamo nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Novembru li għadda. Miegħu kien se jipprova jivvjaġġa lejn Malta wkoll b’dokumenti foloz Alari Azma, Sirjan ieħor ta’ 15-il sena. Meta l-Pulizija Taljana għokrithom għajnhom dwar iż-żewġ Sirjani u għamlet verifiki tal-passaporti, sabet li Alali Fawaze kellu passaport falz Awstrijak, filwaqt li sieħbu kellu passaport falz Norveġiż.
Huma ċaħdu kull konnessjoni mal-Istat Iżlamiku u qalu li kienu se jiġu Malta għaliex kellhom ħbieb u qraba li setgħu jgħinuhom isibu xogħol. Dik il-verżjoni ma kenitx twemmnet la mill-Imħallef Vincenza Maccora u lanqas mill-Maġistrat Inkwerenti Silvia Bonardi.
Sadattant filwaqt li l-Qorti ta’ Bergamo għadha għaddejja bis-smigħ tal-kawża fil-konfront ta’ Alari Azma, l-istħarriġ dwar Alali Fawaze fuq suspetti serji ta’ rabtiet mal-ISIS għadhom għaddejjin. Hu jinsab iżolat fil-ħabs taħt għassa stretta.
//= $special ?>