Il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali trodd lura madwar 18-il elf ewro f’fondi li kienet tat minħabba nuqqas nuqqasijiet li sabu l-awdituri tal-Kummissjoni Ewropea.
L-istorja ġiet żvelata mill-ġurnal The Malta Independent on Sunday.
Il-flus kienu ngħataw bħala parti minn proġett li kien sar mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fi żmien li s-Segretarju Eżekuttiv tal-istess assoċjazzjoni kien Jimmy Magro – l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista.
L-awdituri tal-Kummissjoni Ewropea madanakollu sabu li m’hemmx l-evidenza neċessarja dwar dan il-proġett, li kien twettaq fi żmien li Jimmy Magro kien fl-Assoċjazzjoni.
L-Awdituri tal-Kummissjoni sabu li m’hemmx evidenza ta’ laqgħat li suppost saru bħala parti minn dan il-proġett, u li suppost għalihom attenda Jimmy Magro flimkien ma’ xi uffiċjali oħra tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Illum, Jimmy Magro m’għadux segretarju eżekuttiv tal-assoċjazzjoni, iżda għadu jagħmilha ta’ konsulent tal-Assoċjazzjoni dwar il-Fondi Ewropej.
Apparti minn hekk hu kien ġie appuntat bhala Chairman Eżekuttiv ta’ aġenzija tal-Malta Enterprise, responsabbli li tikkordina proġetti maġġuri fosthom il-proġett tal-Life Sciences Centre.
//= $special ?>