Lokali

Organizzat il-Villagg tal-Milied fl-Għammieri b’risq l-Istrina

Għal sena oħra ġie organizzat il-Villaġġ tal-Milied fl-Għammieri b’risq l-Istrina. Għalkemm it-temp ma kienx favorevoli n-nies xorta waħda attendiet bi ħġarha għal din l-attivita’.

L-attivita’ bdiet b’quddiesa u wara n-nies preżenti setgħu jduru mal-vilaġġ tal-Milied. Fost l-affarijiit li wiehed seta’ jgawdi kien hemm stands bi prodotti lokali, ikel, ħelu, ġugarelli u ma naqasx it-tiżjin tal-Milied.

It-tfal kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ Father Christmas, jieħdu ritratt miegħu u kitbulu l-ittri. Kien hemm ukoll talent lokali bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti u żeffiena.

Għall-ewwel darba fost l-esebizzjonijiet kien hemm dik tal-‘Malta Rodents Society’.

Il-flus miġbura minn din l-attivita’ jmorru għall-Istrina u dawk li taw d-donazzjoni tagħhom daħlu fiċ-ċans li jerbħu diversi rigali.