Lokali

‘Santa’s Biggest Dress Up’ posposta għall-ġimgħa d-dieħla

Wara ġimgħa sħiħa ta’ temp mill-isbaħ, li kważi ma jtikx l-impressjoni li qegħdin f’Diċembru, bwieb is-sema nfetħu dalgħodu b’ħalba xita fuq il-gżejjer Maltin.

Dan wassal biex l-attività ‘Santa’s Biggest Dress Up’ kellha tkun posposta għall-ġimgħa d-dieħla minħabba t-temp ħażin.

Waqt din l-attività kellhom jiltaqgħu mijiet ta’ persuni lkoll lebsin ta’ Santa Klaws, iżda din il-laqgħa b’risq il-karità issa se ssir il-ġimgħa d-dieħla.

Fuq Facebook, 1,600 persuna urew interess li jmorru l-attività, filwaqt li aktar minn 900 oħra kkonfermaw l-attendenza tagħhom.

Il-ġimgħa d-dieħla, ‘Santa’s Biggest Dress Up’ tkun tinkludi programm sħiħ t’attivitajiet, b’personalitajiet u politiċi jipparteċipaw, apparti spettaklu l-ħin kollu.

12310665_872798556172474_3076154886941954681_n