Fi Spanja llum ser ssir elezzjoni ġenerali li mistennija tkun waħda storika. Storika kemm għaliex ser tkun waħda mill-aktar missielta u anke għaliex għall-ewwel darba fi snin kbar id-dominju politiku tal-Partit Soċjalista u tal-Partit Popolari ser ikun sfidat minn żewġ partiti politiċi ġodda; il-partit Podemos tax-Xellug estrem u l-partit ċentrista Ciudadanos.
L-aħħar stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika poġġa lill-Partit Popolari tal-Prim Ministru Mariano Rajoy fuq quddiem għalkemm f’dan l-istadju kollox għadu possibli. Il-gvern ta’ Rajoy kellu jintroduċi numru ta’ miżuri iebsa madankollu l-ekonomija Spanjola rritornat għal rata ta’ tkabbir wara li taħt is-Soċjalisti kienet daħlet f’waħda mill-agħar kriżijiet li l-pajjiż qatt ra f’termini ekonomiċi.
Il-votazzjoni tiftaħ fid-disgħa ta’ filgħodu u tgħalaq fit-tmienja ta’ filgħaxija bl-ewwel exit polls joħorġu ftit tal-minuti wara.
//= $special ?>