Ajruiplan tal-passiġġieri tal-Air France kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza minħabba possibbilta ta’ bomba abbord.
L-ajruplan kien fuq titjira mill-Mauritius lejn Pariġi u niżel fil-Kenja wara li fit-toilet instab oġġett suspettuż.
Aktar tard l-awtoritajiet Kenjani kkonfermaw li l-oġġett suspettuż ma’ kienx bomba għalkemm għall-ewwel ġie rappurtat bil-kontra fil-mezzi internazzjonali tax-xandir.
Żewġ suspettati li kienu abbord it-titjira qegħdin jinżammu mill-awtoritajiet b’rabta mal-każ.
Abbord l-ajruplan kien hemm kwazi 500 persuna
//= $special ?>