Bħala parti mill 15-il anniversarju mit-twaqqif tagħha, Schola Cantorum Jubilate, fil-ġimgħat li għaddew marru Venezja u Padova fejn hemm kantaw mużika sagra.
Taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Marouska Attard, il-kor kanta fl-aktar knejjes prestiġjużi u storiċi li jinsabu fuq il-gżejjer romantiċi Venezjani. Fosthom l-Bażilika Patrijarkali ta’ San Marco, l-Bażilika artistika ta’ Santa Maria dei Frari u fil-Knisja Santa Maria della Pietà, magħrufa bħala l-knisja ta’ Vivaldi u popolari ferm għall-kunċerti li jsiru fiha minn mużiċisti famużi minn madwar id-dinja.
Il-kor kellu wkoll x-xorti janima quddiesa kantata fil-Bażilika Pontifiċja ta’ San Antnin ġewwa Padova.
Għal dawn il-koristi Għawdxin kien ta’ sodisfazzjon li servew ta’ ambaxxaturi mużikali ta’ pajjizna, tant li anke irreklamaw lill-gżejjer Maltin billi qassmu materjal li juri s-sbuħija u l-patrimonju tal-gżejjer Maltin.
Dan il-vjaġġ ghalll-iSchola Cantorum Jubilate kien jaqa’ taħt il-patroċinju tal-Ambaxxata Maltija fl-Italia kif wkoll bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turizmu.
//= $special ?>