Internazzjonali

Arresti wara li tħalliet bomba finta fuq ajruplan

Il-pulizija fi Franza arrestaw żewġ persuni li kienu fuq titjira tal-Air France li kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza fil-Kenja wara li nstabitilha bomba finta abbord.

L-arresti saru f’Pariġi u wieħed mill-persuni miżuma ssemma bħala ekspulizija mill-gżira ta’ Reunion, li tinsab fl-Oċean Indjan. Sadanittant, il-pulizija żammew ukoll il-mara tal-pulizija li interrogawha bħala xhud.

L-ajruplan inkwistjoni, tat-tip Boeing 777, kien qed jivvjaġġa minn Mauritius lejn Pariġi meta nstab oġġett suspettuż fit-toilet. F’dan il-punt ittieħdet id-deċiżjoni biex il-Boeing jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Mombasa, u l-passiġġieri kienu evakwati mill-ajruplan.

Kelliema għall-Air France aktar tard qalu li l-bomba finta kienet magħmula minn kartonċina u kitchen timer u li ma kienet ta’ periklu għal ħadd.

L-ajruplan tal-Air France kien qed iġorr 459 passiġġier u ekwipaġġ ta’ 14, u l-awtoritajiet huma urtati dwar il-każ li fissruh bħala ‘ċajta bi skop ħażin’.

Franza għadha fuq stat ta’ allert għoli wara l-attakki tat-13 ta’ Novembru mit-terroristi tal-ISIS f’Pariġi li rriżultaw f’130 maqtula u għexieren ta’ midruba.