Lokali

Diplomatiċi Maltin jinsabu urtati u delużi

epa05044415 Britain's Queen Elizabeth II (R) delivers her speech during the Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) Opening Ceremony at the Mediterranean Conference Centre Valletta in Malta, 27 November 2015. Commonwealth leaders are meeting in Malta from 27-29 November 2015. The leaders will address global issues such as climate change, building resilience in small states, trade and sustainable development, the empowerment of youth, gender equality and human rights. EPA/FACUNDO ARRIZABALAGA / POOL

Diplomatiċi Maltin jinsabu urtati wara li waqt il-Valletta Summit u l-laqgħa tal-Kapijiet tal-Pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM) ma ngħataw l-ebda funzjoni partikolari, anzi kienu skartati.

Membri tal-Korp Diplomatiku li tkellmu mal-gazzetta in-Nazzjon tal-lum fissru li jekk dawn iż-żewġ avvenimenti kbar ġew u marru, għalihom dawn kienu jfissru xhur sħaħ ta’ preparamenti fuq dossiers u fuq materjal ieħor konness maż-żewġ laqgħat.

Is-sorsi qalu li fi x’ħin wasal iż-żmien iż-żewġ laqgħat diplomatiċi fi ħdan il-Ministeru tal-Affarjiet Barranin irċivew sorpriża fil-forma ta’ ċirkulari u li permezz tagħha kull min xtaq li jipparteċipa fil-laqgħat tas-Summit dwar l-Immigrazzjoni u fiċ-CHOGM kellu jimla’ applikazzjoni u wara proċess ta’ għażla, jekk jintagħżel, jingħata pakkett ta’ mitt ewro taxxabbli.

L-istess sorsi qalu li din kienet l-akbar offiża speċjalment għal dawk li għal xhur sħaħ ħadmu bla heda fuq il-preparamenti taż-żewġ avvenimenti. Is-sorsi li tkellmu magħna komplew jgħidulna li huma l-bosta diplomatiċi fil-Gvern li baqgħu jsaħħnu s-siġġijiet u jingħataw xogħol mhux relatat max-xogħol propju tagħhom. Huma qalu li dan qed issir b’detriment għall-pajjiż u biex jaġevola xi nies mill-Partit Laburista.

Huma staqsew x’se jiġri issa li Malta se tħaddan il-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja u temmew jistaqsu jekk hux se jerġa jiġri l-istess u jerġgħu jkunu ripetuti dawn l-affarjiet li seħħew matul ix-xahar li għadda ta’ Novembru.