Prinċipal ta’ skola fi Brooklyn, fl-Istati Uniti, ipprojbixxiet kull referenza għall-Milied fl-iskola tagħha.
Santa Klaws sar figura kontra r-regoli, Jum ir-Ringrazzjament sar il-festival tal-ħsad u l-festi tal-Milied saru “ċelebrazzjonijiet tax-xitwa”.
Jaela Kim, ta’ 33 sena, wasslet għal ragħwa f’ħalq l-għalliema u l-ġenituri għax trid timxi b’mod wisq korrett politikament. Qed tinsisti li trid tirrispetta d-diversità tal-familji li jibgħatu t-tfal fl-iskola li tmexxi, għax mhux it-tfal kollha jiċċelebraw l-istess festi.
Skont xi ġenituri, fl-iskola tagħhom issa ma jistgħux isemmu l-kelma “Milied”. Ma jistgħu jdendlu xejn bil-kelma “Milied” fuqha, xejn b’Father Christmas jew bi stilla fuqha, għax anke l-istilla tista’ tfisser dik ta’ David. Tneħħew ukoll l-anġli.
95% tal-istudenti f’din l-iskola huma ta’ oriġini Ażjatika jew Spanjola.
//= $special ?>