Lokali

Simon Busuttil jiltaqa’ mal-Kamra tal-Avukati

L-Avukatura hi l-għassies tas-saltna tad-dritt, tal-ġustizzja u għaldaqstant għandha għal qalbha it-tmexxija għaqlija.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil qal dan waqt laqgħa mal-Kamra tal-Avukati li matulha ippreżenta id-dokument  tal-PN dwar il-governanza għaqlija “Nibnu fiduċja ġdida fil-politika” li fih ‘il fuq minn 100 proposta, fosthom anki proposti għal tibdil kostituzzjonali. Simon Busuttil qal li matul din is-sena, l-Oppozizzjoni ghamlet  enfasi fuq il-governanza. Mhux b’għażla tagħha iżda sforz iċ-ċirkostanzi ta’ sena li kienet karatterizzata minn skandlu wara l-ieħor.

Il-Kap tal-PN kompla li l-Oppozizzjoni hi favur liġi ġdida dwar l-avukati li tirregola l-professjoni u offra l-ko-operazzjoni sħiħa tal-Oppożizzjoni.

Il-President tal-Kamra tal-Avukati George Hyzler qal li l-avukati jhossu li huma l-gwardjani tar-rule of law u l-ewwel ma jsib iċ-ċittadin hu l-avukat meta jirrikorri għall-liġi.

Dwar il-liġi tal-Avukati, George Hyzler qal li tinħass il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni aħjar tal-professjoni. Hu apprezza l-appoġġ tal-Oppożizzjoni għal din il-liġi li dwarha m’hemmx kontroversja politika.