Ambjent Lokali

Bżonn ta’ aktar ħarsien għall-għasafar

Il-ħarsien tal-ambjent ma jispiċċax biss sal-fruntieri tal-Ewropa iżda hu b’mod globali.

Dan hu l-appell tal-għaqda Birdlife Malta, lill-Gvern sabiex iwaqqaf il-bidliet fil-liġijiet tal-protezzjoni tal-għasafar. Mark Sultana, CEO tal-BirdLife Malta qal dan waqt konferenza stampa, jum qabel it-tmiem ta’ proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fuq avviż legali propost biex jemenda r-Regolamenti

Dawn il-bidliet fil-liġijiet qed ikunu proposti mill-gvern permezz tal-Wild Birds Regulation Unit, li jaqa’ taħt is-Segretraju Parlamentari Roderick Galdes.

Birdlife Malta, waqt konferenza tal-aħbarijiet saħqet li l-emendi proposti huma l-aħħar fost sensiela ta’ emendi li qegħdin idgħajfu l-qafas legali tar-regolamenti dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaggi. Dan meta dan l-att kien ġie mfassal sabiex jipproteġi l-għasafar.

Nicholas Barbara, Conservation Manager ta’ Birdlife Malta spjega ma’ Net News x’inhuma l-emendi proposti u għalfejn ma jaqblux magħhom.

Emenda minnhom hi dwar il-pussess ta’ kwalunkwe għasfur li joriġina minn barra l-Unjoni Ewropea.

Mark Sultana, l-Kap Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta saħaq li b’dawn l-emendi l-pajjiż qed idgħajjef il-protezzjoni tal-għasafar, fl-istess sena meta sar referendum li fih nofs ic-cittadini Maltin bagħtu messaġġ ċar lill-gvern li jixtiequ aktar protezzjoni għall-għasafar.

Birdlife Malta tenniet l-appell tagħha lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lill-Ministru tal-Ambjent, Leo Brincat, u tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes sabiex ma’ jinjorawx il-lobby ambjentali u biex meta jgħid li bħala gvern għandu zero tolerence fejn jidħlu rregolaritajiet u kaċċa jattwa dak li jkun qed jgħid u mhux jistaħba wara r-Regulation Unit.

Bħala Birdlife Malta huma diġa’ ressqu l-ħsibijiet u l-0proposti tagħhom lill-Gvern bil-miktub.