Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr, fi stqarrija qal, li jinsab ddiżappuntat bir-rottot il-ġodda tat-trasport pubbliku li bdew joperaw mill-bieraħ.
Prinċiparjament, ir-residenti ta’ din il-lokalita’, ser jiġu affetwati ħażin minħabba li ser tonqos kemm il-kwantita’, kif ukoll il-kwalita’ ta’ dan is-servizz tat-trasport pubbliku. Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr kompla, billi rrimarka li matul dawn l-aħħar snin beda jara passi pożittivi, iżda issa dan kollu ser jintilef, minħabba li r-residenti ser ikollhom servizz ineffiċjenti u mhux xieraq.
Il-Kunsill qal li għalkemm għadda biss jum mir-riforma fir-rotot tat-trasport pubbliku, jinsab ferm inkwetat, speċjalment meta wieħed iqis in-numru ta’ ilmenti li diga’ irċieva l-Kunsill stess.
Fl-istqarrija ġie rrimarkat ukoll, li la l-awtoritajiet responsabbli, kif ukoll anqas il-kumpanija privata li qeghda topera dan is-servizz, qatt ma ikkonsoltaw mal-Kunsill Lokali tal-Imġarr rigward it-tibdil li kien ser isir. Għaldaqstant, huma appellaw sabiex ir-rottot jergħu isiru kif kienu qabel dan l-aħħar tibdil.
//= $special ?>

