Futbol Sport

FILMAT – George Borg jispjega għalfejn spiċċa minn ma’ Balzan FC

Għall-ewwel darba minn mindu spiċċa mill-kumitat ta’ Balzan FC, l-eks President ta’ wieħed mill-klabbs tal-Kampjonat Premier George Borg jgħid għalfejn minn din is-sena m’għadux involut fil-futbol lokali. F’intervista interessanti mal-presentatur ta’ Replay fuq Net Television Christian Micallef, Borg jitkellem dwar il-passat u l-futur tiegħu fejn ma jeskludix li għad jerġa’ jirritorna fl-amministrazzjoni ta’ wieħed mill-klabbs lokali waqt li jsemmi lil Floriana u Valletta speċifikament.

Din l-intervista dehret f’Replay Preview li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television. Replay Preview hu programm ieħor li jagħmel parti mill-programmi Replay dwar il-futbol lokali u li jixxandru fuq Net Television u Radio 101. Il-programm prinċipali hu dak tal-Ħadd fid-9:35pm fuq Net Television, l-għada l-programm jitkompla fuq ir-radju permezz ta’ Replay Ikompli fit-8pm fuq Radio 101 filwaqt li nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija qed jixxandar il-programm ġdid, Replay Preview li jwassal aħbarijiet u intervisti qabel il-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. L-aħħar survey maħruġ mill-Awtoritá tax-Xandir reġa’ ikkonferma l-programm tal-Ħadd filgħaxija bħala l-aktar programm sportiv segwit f’pajjizna minn fost il-programmi kollha sportivi fuq it-televiżjoni inkluż dawk li jixxandru fl-istess ħin ta’ Replay il-Ħadd filgħaxija.

Il-paġrna ta’ Replay fuq Facebook hija aġġornata kontinwament bl-aħħar aħbarijiet dwar il-futbol lokali u b’numru ta’ filmati esklussivi. Biex tidħol fil-paġna ta’ Replay agħfas HAWN.