L-aħbar li l-Malti nħeles minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fi Tripli kienet żvelata l-ewwel fil-ġurnal ‘The Libya Herald’.
Waqt il-programm Newsfeed, saret intervista esklussiva mal-editor-in-chief ta’ dan il-ġurnal, Michel Cousins, li spjega dak li seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu.
Hu spjega li kien għall-ħabta tas-1.30 ta’ filgħodu meta l-grupp Radda, li effettivament huwa l-forza tal-Pulizija fi Tripli, għamel rejd fuq dar f’wieħed mis-subborgi ta’ Tripli. Kien hemmek fejn instab il-Malti u fejn aktar tard saru wkoll l-arresti ta’ dawk wara l-ħtif tal-Malti.
Cousins spjega li l-kaos li hemm bħalissa fi Tripli wassal biex ma kienx realistiku li l-aħbar tkun komunikata minnufih, u għaldaqstant kien hemm perjodu twil sakemm ġiet żvelata l-aħbar.
//= $special ?>

