In-Nazzjon b’rapport b’dettalji minn intervista li saret ilbieraħ filgħaxija mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil minn John Bundy fuq Radju RTK. Apparti minn hekk, rapport ieħor dwar kif fl-eqqel tal-istaġun tal-festi tal-Milied, l-għasses tal-Pulizija jinsabu mingħajr ‘breathalysers’.
The Malta Independent b’rapport dwar il-pjanijiet li tħabbru mill-kumpanija li tmexxi l-ajruport u li se tkun qed tkabbar l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Rapport ieħor dwar skema ġdida tal-Gvern dwar għoti ta’ ikel b’xejn għal min hu l-aktar fil-bżonn u ritratt tal-proġett li nbeda fi żmien Gvern Nazzjonalista u li ġie inawgurat ilbieraħ, proġett ta’ tinda li jipproteġu t-tempji ta’ Ħal Tarxien.
Times of Malta wkoll b’rapport dwar il-proġett ta’ espansjoni tal-ajruport. Apparti minn hekk, storja mill-Qorti fejn The Times tikkwota lil Alfred Bugeja, magħruf bħala il-Porporina, jitlob lill-Maġistrat li tawtorizza injezzjoni tal-ewtanasja biex itemm ħajtu.
L-Orizzont tirrapporta l-pjanijiet ta’ espansjoni fl-ajruport kif ukoll storja dwar id-dewmien fil-ġustizzja.
//= $special ?>
