Il-pastizzi serqu l-attenzjoni tal-portal tal-aħbarijiet Amerikan ‘New York Times’.
F’artiklu dwar id-drawwiet tal-ikel tal-Maltin, in-New York Times innota li għall-kolazzjon, il-Maltin tarhom jinġabru biex jixtru l-pastizzi, imbgħad jirritornaw f’nofsinhar għal xi timpana.
L-artiklu jikkwota rapport mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa li jgħid li l-Maltin huma ħoxnin aktar mill-ġirien tagħhom f’Ċipru, l-Greċja, Spanja u l-Italja.
Minkejja l-inizjattivi mill-awtoritajiet, il-bidla f’dak li l-Maltin imodrrija jieklu hi kwistjoni oħra, jikkonkludi n-New York Times. L-artiklu jfakkar fil-mod kif it-tenur Malti Joseph Calleja kien iddefenda l-ħobża Maltija, u li din tibqa’ kif inhi mingħajr ma jintmiss il-livell ta’ melħ li jintuża fl-għaġna.
Aqra l-artiklu kollu hawn.
//= $special ?>