Il-kumpannija Amerikana SpaceX irnexxielha twettaq inżul vertikali b’rokit, fi tragward li għandu sinifikat kbir. Din hi l-ewwel darba li rokit mingħajr ekwipaġġ u attrezzat biex idur mal-orbita tela’ fl-ispazju u mbagħad wettaq inżul ikkontrollat fid-dinja.
Filwaqt li r-rokit – Falcon-9 – ma kienx l-ewwel inġenju spazjali li rnexxa fl-inżul partikolari, it-titjira tiftaħ xorta tragwardi ġodda fl-impenji biex ir-rokits jintużaw għal aktar minn darba.
L-ewwel inġenju li kkonkluda l-inżul vertikali kkumplikat kien r-rokit New Shepard, ix-xahar li għadda f’Texas. Madankollu l-Falcon-9 irnexxielu jivvjaġġa ħafna aktar fit-tul.
Ir-rokit Falcon-9 niżel, matul il-lejl tat-Tnejn, f’sit li jinsab 10 kilometri biss ’il bogħod mil-launch pad tiegħu f’Cape Canaveral, fi Florida.
Intant, il-kumpanija SpaceX qed taħseb biex taqta’ mill-ispejjeż tal-impenji privati fil-qasam tal-ispazju permezz ta’ komponenti li jistgħu jintużaw aktar minn darba.
Sadanittant, SpaceX (jew Space Exploration Technologies, ta’ sidien privati) għandha kuntratt ekwivalenti għal 1.6 biljun dollaru man-NASA tal-Istati Uniti biex tibgħat il-provvisti lejn l-Istazzjon Internazzjonali tal-Ispazju.
//= $special ?>