“Kienet ġimgħa diffiċli ħafna u kont qed naħseb li mhux se nara iżjed lil uliedi” – kliem il-Malti Pierre Baldacchino fl-ewwel kummenti li għadda l-missier ta’ żewġt’itfal wara l-ħelsien tiegħu. Hu kien ilu maħtuf fil-Libja fil-15 ta’ Diċembru li għadda.
Kif irrapurtat minn dan is-sit, Baldacchino, li hu d-Direttur Ġenerali tal-Isptar St. James fil-Libja, inħataf fi triq ewlenija minn persuni armati waqt li kien f’karozza ma’ żewġ Filippini.
Baldacchino nħeles dalgħodu, għall-ħabta tas-01:30, f’missjoni ta’ salvataġġ u fl-ewwel kummenti tiegħu jispjega li qatta’ dawn il-jiem kollha mmanettjat. Filfatt Pierre għandu marki tal-irbit f’idejh għalkemm jidher li apparti minn hekk jinsab tajjeb.
Żewġ persuni ġew arrestati waqt li għaddejja tfittxija għal oħrajn.
//= $special ?>