Grupp Musulmani li kien qed jivjaġġa f’xarabank flimkien ma’ grupp ieħor ta’ passiġġieri Kristjani, irrifjuta li jinfired minn mal-Kristjani wara li x-xarabank kienet attakkata mill-militanti.
L-attakk fuq ix-xarabank seħħ fil-Kenja mill-militanti tal-grupp al-Shabab. Matul l-attakk, il-militanti taw is-salt għal fuq ix-xarabank, fejn ordnaw li l-passiġġieri jinqasmu f’żewġ gruppi: Musulmani u Kristjani.
Madanakollu, skont rapporti fil-media internazzjonali, il-Musulmani irrifjutaw li jinfirdu minn mal-Kristjani u qalu lill-militanti biex jew iħallu lill-Kristjani weħdihom, jew inkella joqtluhom kollha kemm huma.
Mhux l-ewwel darba li l-grupp al-Shabab wettaq dawn it-tip ta’ attakki fil-Kenja. Meta nqatlu 148 persuna fl-attakk fuq l-Università ta’ Garissa f’April li għadda, il-militanti allegatament firdu l-Kristjani qabel sparawlhom.
//= $special ?>