Tkompli l-kampanja Project 7000
Qabża fil-baħar – l-Għaqda Studenti Demokristjani Maltin, l-SDM, għamlu qabza fl-ilma baħar ta’ Diċembru b’risq il-karita’
Din il-qabża li saret f’Tigne, Tas-Sliema hi parti mill-Project 7000 li hija sfida biex jinġabru €7000 għall-karita’.
Numru sabiħ ta’ studenti membri tal-SDM qabżu fil-baħar b’temperatura ta’ 18-il grad celcius.
Dwar din l-inizjattiva Net News tkellem mal-President tal-SDM Ian Zahra fejn qalilna li l-għan prinċipali ta’ din il-qabża kien li l-Għaqda tkompli tiġbor għal dawk fil-bżonn.
L-għaqdiet li se jkunu qed jgħataw l-għajnuna bis-somma miġbura huma Puttinu Cares, Caritas Malta, Inspire Malta, Friends of the Earth Malta, Lifecycle Challenge Malta, Dar tal-Providenza Siġġiewi u SPCA Malta.
Studenti li tkellmu magħna qalulna li għalihom il-ftit bard li jħossu, l-aktar meta jitilgħu mill-baħar, m’hu xejn meta jafu li b’dik il-qabża qed jgħinu lill-ħaddieħor.
L-SDM qalet li l-membri tagħha se jkomplu jduru mal-Belt Valletta, il-Floriana u Tas-Sliema biex ikomplu jbiegħu r-wristbands roża ta’ dan il-proġett. Dawn ir-wristbands jiswew €2 u ovvjament dan il-ġbir se jmur kollu għall-karita’.
//= $special ?>