Lokali

Tinħass theżżiża f’Malta – sitt terrimoti fi Sqallija fi ftit sigħat

Residenti ta’ diversi lokalitajiet f’Malta ħassew theżżiża ta’ terrimot li kienet irreġistrata wkoll miċ-ċentru siżmiku fl-Università ta’ Malta.

Filfatt din it-tħeżżiża kejlet 3.4 fuq l-iskala Richter u seħħet għall-ħabta tal-10:21 Iktar kmieni, jiġifieri għall-ħabta tas-06:35, l-istess ċentru mmarka theżżiża ta’ 3.5.

Dawn huma biss tnejn minn fost sitt terrimoti żgħar madwar Sqallija matul il-lejl li għadda.

Fis-1:40 ta’ filgħodu seħħet theżżiża ta’ qawwa 3 fuq l-iskala Richter, waqt li 18-il minuta wara, fis-1.58 seħħet oħra li kejlet 2.5 fuq l-iskala Richter.

Fit-3:13 imbagħad kienet irreġistrata oħra ta’ qawwa 3.4 u sitt minuti, fit-3.19, oħra ta’ 2.6.

Jumejn ilu qrib Sqallija ġew irreġistrati żewġ theżżiżiet; ta’ qawwa 4.5 u 3 fuq l-iskala Richter.

thezziza malta