Internazzjonali

Arrestata f’Palermo Libjana minħabba rabtiet mal-al Qaeda

Khadgia Shabbi cittadina libica di 45 anni e che vive a Palermo da tre anni viene condotta dalla polizia in questura a Palermo, 23 dicembre 2015. ANSA/POLIZIA - ANSA PROVIDES ACCESS TO THIS HANDOUT PHOTO TO BE USED SOLELY TO ILLUSTRATE NEWS REPORTING OR COMMENTARY ON THE FACTS OR EVENTS DEPICTED IN THIS IMAGE; NO ARCHIVING; NO LICENSING

Mara Libjana ta’ 35 sena,Khadgia Shabbi, taħdem bħala riċerkatriċi fl-Università ta’ Palermo kienet arrestata mill-pulizija minħabba rabtiet mat-terroriżmu.
Skont rapporti fil-midja Taljana, il-mara kellha rabtiet ma’ ġellieda barranin tal-al-Qaeda u kienet twettaq ħidma ta’ propaganda għall-grupp terroristiku.
Hu mifhum li l-mara kienet ilha tgħix fl-Italja għal dawn l-aħħar tliet snin u kienet taħdem bħala riċerkatriċi fuq affarijiet ekonomiċi fl-Università u kienet tingħata 2,000 ewro kull xahar mill-Ambaxxata Libjana.
Sorsi qalu li għal dawn l-aħħar xhur kien qed ikun hemm għassa fuq il-mara minħabba suspetti li kienet involuta fit-terroriżmu u kien stabbilit li kellha rabtiet ma’ żewġ ġellieda tal-al-Qaeda, wieħed li jgħix fil-Belġju u l-ieħor fir-Renju Unit. Hu mifhum li l-mara ppruvat iddaħħal ukoll lill-kuġina tagħha, li tgħix fit-Turkija, fl-Italja.
Din il-ġimgħa, Angelino Alfano, il-Ministru tal-Intern Taljan, ħabbar li tul l-2015, kienu tkeċċew mill-Italja 64 persuna li tqiesu bħala estremisti Iżlamiċi u 90 persuna li marru jiġġieldu mal-ISIS u l-al-Qaeda kienu mgħassa iżda li minnhom 18 kienu mietu waqt ġlied barra l-Italja.
Alfano qal li l-aħħar persuna li tkeċċiet kienet Marokkin ta’ 30 sena li kien jgħix f’Bologna, u dan tkeċċa talli nstab li kien qed jappoġġja lill-ISIS fuq il-midja soċjali.