Internazzjonali

F’xahar inqatlu 200 ċittadin f’attakki mir-Russja

Minn tal-anqas mitejn persuna fis-Sirja nqatlu f’attakki mill-ajru li saru mir-Russja. Dan ħareġ minn rapport li sar mill-għaqda internazzjonali Amnesty International, għaqda dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Iċ-ċittadini Sirjani nqatlu fuq perjodu ta’ xahar, bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-aħħar ta’ Novembru fuq total ta’ 25 attakk li saru mir-Russja f’ħames żoni differenti.

Amnesty International qalet fir-rapport tagħha li hemm nuqqasijiet serji fil-mod ta’ kif ir-Russja qed iġġib ruħha f’dak li għandu x’jaqsam rispett lejn il-liġi internazzjonali umanitarja.