Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu

Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu, dominati mill-ħelsien ta’ Pierre Baldacchino fi Tripli.

In-Nazzjon b’ritratt tal-ħelsien tal-Malti Pierre Baldacchino, kif ukoll dettalji dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni dwar Ian Borg, liema rapport jikkonferma r-rapport tal-Ombudsman. Rapport ieħor jitkellem dwar stqarrija li għamel il-Front Ħarsien ODZ dwar “permessi kontroversjali”.

Times of Malta ukoll b’ritratt tal-ħelsien tal-Malti fi Tripli, kif ukoll bi storja dwar ftehim imminenti biex Etihad Airways tixtri parti sostanzjali mill-Air Malta.

The Malta Independent b’dettalji dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni kif ukoll b’rapport dwar inizjattiva li se jieħdu numru ta’ bars f’Paceville biex joffru servizz ta’ breathalysers.

L-Orizzont b’dettalji dwar il-ħelsien tal-Malti fi Tripli u dettalji dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni.