Is-Segretarju Parlamentari ian Borg għandu jerfa’ r-responsabilta’ politika wara r-rapport tal-Ombudsman, li ġie endorsed mill-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni.
Qal dan il-Viċi Kap tal-Partit nazzjonalista Beppe Fenech Adami f’laqgħa mal-ġurnalisti fejn matulha spjega l-pozizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar dan il-każ.
Fir-rapport tiegħu, l-Ombudsman akkuża lil Ian Borg li uża metodu ta’ ingann fl-applikazzjoni biex jibni propjeta’ fl-inħawi ta’ Santa katarina, fil-limit tar-Rabat. Dan meta ħaddieħor applika hu biex ma jidhirx isem Ian Borg.
L-istess rapport jgħid ukoll li tneħħew ir-raġunijiet li kienu jwasslu biex din l-approvazzjoni ma tingħatax kif ukoll li ġew applikati policies skorretti.
Minkejja li l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni mhix istituzzjoni kriminali, u allura ma sabitx ksur ta’ liġi, din l-istituzzjoni għolja għamlet tagħha l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Ombudsman.
Hu fid-dawl ta’ dan li l-Oppożizzjoni qed titlob li Ian Borg jerfa’ r-responsabilta’ politika ta’ għemilu għaliex il-poplu jistenna l-ogħla standards politiċi mir-rappreżentanti tiegħu, bħalma hu propju Ian Borg.
Il-kummenti ta’ Beppe Fenech Adami ġew fl-istess ġurnata li l-Ombudsman stess ippubblika it-tweġiba tiegħu għal dak li qalet il-MEPA biex topponi l-konklużjoni tal-Ombudmsna.
Il-MEPA filfatt kienet bagħtet ir-risposti tagħha għaliex ma taqbilx mal-Ombudsman u b’reazzjoni, l-Ombudsman issa ppubblika t-tweġiba tiegħu f’ittra li fiha kkonferma l-konklużjonijiet li għamel dwar il-permess li ngħata Ian Borg.
Fir-risposta tiegħu lill-MEPA, l-Ombudsman ċaħad l-argument tal-MEPA li ż-żewġ permessi li tqabblu flimkien, biex ħareġ li l-permess għall-iżvilupp ta’ Ian Borg, ma kienux l-istess.
L-argumenti tagħha l-MEPA għamlithom kemm f’dokument li bagħtet lill-Ombudsman, kif ukoll f’konferenza tal-aħbairjiet li fiha baqgħet tiddefendi l-ħruġ ta’ permess għal żvilupp fil-propjetà ta’ Ian Borg, permess li skont l-Ombudsman għal darba, darb’tejn, ħareġ b’mod abbużiv.
//= $special ?>

