Lokali

“Imminenti” li l-Gvern iħabbar il-privatizazzjoni tal-Air Malta

Il-Gvern mistenni jbiegh parti kbira mill-Air Malta lill-linja tal-ajru Etihad u l-Gvern mistenni jħabbar dan b’mod imminenti.

Dan ġie żvelat f’artiklu ppubblikat f’The Times, u hu każ ieħor fejn il-ħaddiema tal-Air Malta saru jafu mill-midja dwar dak li qed iseħħ fil-post tax-xogħol tagħhom.

Skont l-artiklu f’The Times, in-negozjati issa jinsabu fi stadju avvanzat u fadal biss dettalji żgħar biex jinħalaq il-ftehim.

Mhux maghruf kemm se jkun kbir il-porzjon mill-Air Malta li l-Gvern se jbiegh lill-Etihad, imma l-artiklu ta’ The Times jiddeskrivi l-ammont bhala wiehed “sinjifikanti”.

Minkejja li l-Gvern kemm-il darba ddikkjara li se jibqa’ l-akbar sid tal-Air Malta, il-ftehim, skont The Times, mistenni jkun wiehed li jara lill-Etihad Airways jiehu f’idejh kontroll kbir fit-tmexxija tal-Air Malta u d-deċizjonijiet li jittieħdu minn jum għal jum.

Kien il-ġurnal il-Mument li f’Ottubru żvela li l-Etihad Airways kienet interessata li tixtri parti mill-Air Malta.

Il-ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru ilhom xhur sħaħ f’inċertezza dwar il-post tax-xogħol tagħhom wara li ma kienux qed jinżammu infurmati bid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu.