Lokali

Kissrulu karozza u baqgħu sejrin

Persuna mhux magħrufa ħabtet ġo karozza u baqgħet sejra. Il-każ seħħ il-Fgura fl-aħħar jiem u dan l-att wassal għal kundanna kbira mis-sidien tal-karozza.

Mhux magħruf jekk il-każ kienx kawża ta’ xi inċident jew apposta.

Is-sidien tal-karozza fuq Facebook appellaw għall-għajnuna biex jinqabad min hu responsabbli, partikolarment dawk li joqgħodu fin-naħat ta’ Triq il-Kuluvert u Triq il-Venerewwa fil-Fgura.

Is-sidien ippubblikaw ukoll ritratti tal-ħsara estensiva li saret lill-karozza, tat-tip Toyota, li spiċċat b’quddiem mgħaffeġ u bi ħsarat anke fil-ġenb tal-vettura.

karozza 4

karozza 2