Lokali

Filmat: Protesta f’Ħal Far – nirien jeqirdu numru ta’ kontejners fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far biex jikkontrollaw nar li żviluppa f’wieħed mill-kontejners li bħalu jintużaw biex jgħixu fihom l-immigranti. In-nirien żviluppaw wara d-9.30 tal-Erbgha filgħaxija.

Netnews jinsab infurmat li għall-ewwel kien hemm ħsieb li n-nirien setgħu ġew ikkawżati waqt protesta li saret mill-immigranti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni, tant li ssejjħu membri mir-Rapid Intervention Unit.

Kelliema għall-Pulizija, meta mistoqsija minn dan l-istazzjon, qalet li m’hemmx informazzjoni li seta’ kien hemm inkwiet, u li n-nar kienu aċċidentali, però ġejna mitluba nibgħatu l-mistoqsijiet tagħna b’email.

In-nirien kienu qawwija, tant li wieħed mill-kontejners inqered kompletament, saħansitra b’biċċiet minnu jdubu. Il-Pulizija qalu fi stqarrija li n-nar kiber wara li nfirex.

Vetturi tat-tifi tan-nar kellhom jassistu biex jitfu n-nirien li żviluppaw kemm minn ġewwa ċ-Ċentru ta’ Detenzjoni nnifsu kif ukoll min-naħa ta’ barra, jiġifieri mit-triq, peress li l-kontejner li tqabbad jinsab fix-xifer taċ-Ċentru.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili damu madwar tlett kwarti biex irnexxielhom jitfu n-nirien kompletament.

12434548_10153835907197658_957568141_n 12434571_10153835901457658_995438019_n