Lokali

Ħabta bejn mutur u karozza fil-Marsa

Passiġġiera ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Għall-ħabta tas-13.40, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq L-Istabal, il-Marsa. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawasaki u karozza tat-tip BMW.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur u l-passiġġiera tiegħu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, il-passiġġiera ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Kemm is-sewwieq tal-mutur u dak tal-karozza ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-mutur kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena u flimkien miegħu kien hemm mara li wkoll għandha 32 sena u t-tnejn huma residenti r-Rabat, Għawdex. Il-BMW kienet qiegħda tinstaq minn raġel li għandu 25 sena li joqgħod iż-Żejtun.

L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.