Fil-ġurnali tal-llum, huma ddominati b’istejjer marbutin mal-Milied.
In-Nazzjon b’ritratt marbut mal-ikla tal-Milied organizzata mill-Caritas Malta, fejn għall-ewwel darba ser tiġi mħejja ikla għal min hu fqir, jew m’għandux ma’ min iqatta jum il-Milied. Fil-ġurnal, issemmew ukoll il-każ tal-Gunner li fetaħ Protest Ġudizzjarju kontra t-tmexxija tal-Forzi Armati, flimkien ma’ stqarrija tal-Partit Nazzjonalista marbuta mal-każ ta’ Ian Borg. In-Nazzjon fakkret ukoll li f’Jum il-Milied, u lanqas nhar is-Sibt li ġej, mhux ser ikunu ippublikat il-ġurnal in-Nazzjon.
Fil-ġurnal Times of Malta nsibu ritratt marbut maċ-ċaqliq tal-bażi tal-operazzjonijiet ta’ dan il-ġurnal, fejn mill-bidu ta’ Jananr 2016 ser jimxu mill-Belt Valletta għall-Imrieħel. F’dan il-ġurnal, naraw ukoll kif The Times tgħid li l-Knisja qegħda tappoġġja lill-impjeganti rigward l-każ ta’ fejn multi jingħataw lil intrapriżi li ma jimpjegawx persuni b’diżabilita’.
The Malta Independent b’rabta mal-Milied, tippubblika dar resdienzjali ġewwa n-Nadur armata tal-Milied. Apparti rapport dwar ir-rwol ta’ mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, bħala medjatur f’laqgħa bejn uffiċjali tal-Forzi Armati. Jingħataw ukoll dettalji dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni dwar Jason Azzopardi li ma sabx nitfa evidenza kontrih.
L-Orizzont b’storja dwar familja li qed tgħix fil-faqar.
//= $special ?>