Il-Gvern ikun qed ikompli jnaqqar mill-etika u l-istandards, u jkun qed ikompli jikser il-wegħdi elettorali dwar governanza tajba, jekk ma jaċċettax ir-rapport tal-Ombudsman dwar is-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Id-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia qalet dan f’post fuq Facebook, li fiha innutat li l-Ombudsman qal li “kien hemm livell insuffiċjenti” ta’ provi – u mhux li ma kien hemm l-ebda livell ta’ provi.
Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni fl-aħħar jiem għaddiet l-investigazzjoni tagħha lill-Gvern dwar is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, li fiha qalet li kienet qed tendorsja, jew tagħmel tagħha, ir-rapport tal-Ombudsman.
Fir-rapport tal-Ombudsman intqal ċar u tond li intużaw “devious methods” fil-proċess ta’ applikazzjoni għal permess għal żvilupp f’propjetà ta’ Ian Borg f’Santa Katarina fil-limiti tar-Rabat. L-Ombudsman qal li l-permess inħareġ b’abbuż u b’ingann, u l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni aċċettat il-konklużjonijiet tal-Ombudsman.
Fil-post tagħha fuq Facebook, Marlene Farrugia qalet li l-Gvern Laburista għandu jiddeċiedi jekk hux se jaċċetta r-rapport tal-Ombudsman u l-konklużjoni tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni li ma kinex hemm “livell biżżejjed” – jiġifieri li kien hemm xorta waħda xi tip ta’ livell ta’ provi.
Filwaqt li fil-każ ta’ Ian Borg il-Kummissjoni qalet li ma kienx hemm “livell biżżejjed ta’ provi”, jiġifieri skont Marlene Farrugia xorta waħda kien hemmx xi tip ta’ “livell”, fil-każ ta’ Jason Azzopardi, il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni ma sabet l-ebd xrara ta’ ħtija.
//= $special ?>


