Internazzjonali

Il-konflitt tas-Sirja: Il-Gvern Sirjan ‘lest biex jattendi’…

Il-Gvern tas-Sirja hu lest biex jipparteċipa fit-taħditiet għall-paċi sponsorjati min-Nazzjonijiet Uniti, bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni politika għall-konflitt ċivili fil-pajjiż Għarbi partikolari li ilu għaddej mill-2011.

Il-Ministru Sirjan għall-Affarijiet Barranin Walid Muallem qal li l-Gvern tiegħu ikun lest għal sehem fid-djalogu ‘ladarba jingħata lista tal-membri tad-delegazzjoni tal-Oppożizzjoni (Sirjana)’.

L-entitajiet ġellieda fis-Sirja u l-potenzi tad-dinja li qed jappoġġjaw lin-naħat rispettivi, sadanittant, iridu jaqblu dwar il-gruppi tar-ribelli li jaqgħu fil-kategorija ta’ ‘terroristi’ u li mhumiex se jkunu rrappreżentati fit-taħditiet imminenti.

In-Nazzjonijiet Uniti qed tittama li tlaqqa’ t-taħditiet importanti dwar is-Sirja fil-belt ta’ Ġinevra, fl-Iżvizzera, lejn l-aħħar ta’ Jannar.