Internazzjonali

L-attakki ta’ Novembru f’Pariġi: Arrestat id-disa’ suspettat

epa05032629 Local police officers patrol near the Duomo in Milan, Italy, 19 November 2015. Security has been beefed up in Milan following the 13 November Paris attacks and an FBI security alert. Authorities in Italy had received information about five suspected terrorists who might have been planning attacks on famous Italian landmarks, news reports said. EPA/MOURAD BALTI TOUATI

Il-Pulizija fil-Belġju arrestaw id-disa’ suspettat b’konnessjoni mal-attakki terroristiċi tat-13 ta’ Novembru li wettqu l-militanti tal-ISIS fil-qalba ta’ Pariġi u li swew il-ħajja ta’ 130 persuna.

Il-Prosekuturi qalu li l-arrestat, magħruf bħala ‘Abdullah C’, kien ikkuntattjat mill-kuġina ta’ Abdelhamid Abaaoud, li spiċċa maqtul minn qawwiet tas-sigurtà, u li mifhum li kien il-kap tat-terroristi li wettqu d-dmija storika f’Pariġi.

Abaaoud, ċittadin Belġjan, u kuġintu, Hasna Aitboulahcen, kienu nqatlu proprju ħamest ijiem wara li wettqu l-attakki f’Pariġi u meta l-pulizija assedjaw appartament, qrib il-kapitali Franċiża, li t-terrorista u kuġintu kienu qed jużaw bħala refuġju.

Ftit huma d-dettalji dwar l-allegat rwol ta’ ‘Abdullah C’ fl-attakki tat-13 ta’ Novembru. Ingħad biss li s-suspettat spiċċa arrestat mill-pulizija fi Brussell, nhar it-Tlieta. Il-Pulizija ma ħabbritx mal-ewwel l-arrest bl-iskop li ma tiġbidx l-attenzjoni ta’ kompliċi oħrajn potenzjali.

L-istampa Belġjana, intant, qalet li ‘Abdullah C’ tressaq quddiem qorti fi Brussell, u li l-każ tiegħu spiċċa pospost għal data oħra.