Talanqas 25 persuna mietu, b’aktar minn 100 jindarbu qalb nirien li ħakmu l-Isptar Ġenerali ta’ Jazan, lejn in-Nofsinar tal-Arabja Sawdija.
In-nirien feġġew fit-taqsima tal-isptar għall-kura intensiva kif ukoll fid-dipartimenti għall-maternità tal-kumpless. In-nirien, maż-żmien, kienu kkontrollati, iżda mhux qabel il-konferma dwar it-telf ta’ ħajja sostanzjali. Il-midruba spiċċaw ittrasferiti lejn sptarijiet oħrajn fiz-zona.
Imkejjen infurmati qalu li l-kaġun tat-traġedja x’aktarx kien ġej minn difett fis-sistema tal-elettriku tal-isptar, bin-nirien sussegwenti jinfirxu madwar il-bini fi spazju ta’ minuti.
Fl-aħħar sigħat kienet għaddejja innvestigazzjoni dwar il-kawża speċifika ta’ dawn in-nirien qattiela.
//= $special ?>