Sewwieq ta’ mutur kien involut f’inċident fi Triq il-Kosta. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu, meta s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll bil-konsegwenza li waqa’ bih.
Netnews.com.mt jinsab infurmat li s-sewwieq tal-mutur, tat-tip Honda, tilef il-kontroll meta kien qed idur mat-triq meta skiddja.
Ir-raġel, li għandu 30 sena mill-Birgu, għall-ewwel irrifjuta l-assistenza medika pero aktar tard hu aċċetta li jittieħed l-isptar b’ambulanza.
//= $special ?>

