Lejliet il-Milied għall-familja Baldacchino se jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-iktar speċjali hekk kif wieħed minnhom, Pierre, irritorna lura ma’ martu, iż-żewġ bniet tiegħu u l-kumplament tal-familja, kif jidher f’dan l-ewwel ritratt ippublikat mill-familja fuq Facebook.
Kien għall-ħabta tas-18.45 li l-ajruplan Medavia bit-titjira MDM2401 għamel l-inżul tiegħu fl-Ajruport internazzjonali ta’ Malta. Abbord dan l-ajruplan kien hemm Pierre Baldacchino, akkumpanjat fost l-oħrajn minn Josie Muscat, is-sid tal-Isptar St James, u anke ibnu, Jean Claude Muscat, li hu l-Kap Eżekuttiv ta’ St. James International Operations.
Mill-ajruport Pierre mar mill-ewwel għand familtu fost l-emozzjoni u l-ferħ espressi wkoll f’dan ir-ritratt mill-isbaħ tal-familja.
Ritratt: Paġna ta’ Facebook tad-Deputat Jason Azzopardi
//= $special ?>

