Il-Gvernijiet tal-Istati Uniti u r-Renju Unit ħarġu twissija dwar theddid potenzjali kontra ċittadini tal-Punent f’Beijing, il-kapitali taċ-Ċina.
It-theddida hi ‘valida’ għal dawn iż-żmenijiet tal-Milied, bl-uffiċjali Amerikani u Britanniċi jgħidu li rċevew informazzjoni dwar theddid potenzjali ‘fl-inħawi ta’ Sanlitun’, li hu distrett attiv ta’ Beijing iddominat mill-istabbilimenti tad-divertiment u kumplessi tax-xiri.
Il-Gvernijiet ta’ Franza u l-Awstralja wkoll wissew liċ-ċittadini tagħhom li jinsabu f’Beijing biex jibqgħu viġilanti u jeżerċitaw il-kawtela.
Sadanittant, il-pulizija f’Beijing ħarġet allert ta’ kategorija ‘safra’ għall-inħawi tal-belt. Dan jirrifletti t-tieni l-aktar livell baxx ta’ allert skont is-sistema tas-sigurtà ( fuq erba’ livelli) li qed tamministra ċ-Ċina.
//= $special ?>