Dak li kien jidher impossibbli, seħħ fir-realtà.
Għal PlayNetwork, il-kumpanija li tipprovdi l-mużika fi ħwienet ta’ iktar minn 400 ditta fl-Istati Uniti, inbidlet il-klassifika tal-iktar kanzunetta tal-Milied popolari.
Wara 20 sena li matulhom id-diska “All I Want for Christmas is You” ta’ Mariah Carey żammet l-ogħla post fil-quċċata minn meta ħarġet fl-1994, issa kellha tbaxxi rasha għal diska oħra tal-Milied, ukoll mhux xi waħda ġdida.
Il-cover version ta’ “Wonderful Christmastime” ta’ Paul McCartney issa ġiet dikjarata l-iktar kanzunetta popolari fost il-ħwienet fl-Istati Uniti, ferm iktar popolari mill-kanzunetta oriġinali li hi fis-17-il post.
Diski oħra tal-Milied li huma ferm popolari fost il-ħwienet huma “Christmas Wrapping” ta’ The Waitresses u “Have Yourself a Merry Little Christmas” ta’ Sam Smith, ukoll f’verżjoni cover.
//= $special ?>