Lokali

6 arrestati wara sejba ta’ dorgi moħbija f’Paceville

Sitt Maltin ġew arrestati fil-lejl ta’ bejn Lejliet il-Milied u l-Milied wara sejba ta’ drogi f’diversi żoni f’Paceville.

Il-Pulizija sabu droga kokaina, raża tal-kannabis u ecstasy, droga li kienet intenzjonata kemm għat-traffikar kif ukoll għall-pussess sempliċi.

Apparti minn hekk, il-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Klieb kienu strumentali sabiex instabet raża tal-kannabis li kienu moħbija f’diversi żoni f’Paceville, liema droga kienet lesta għall-ispaċċ.

Fl-operazzjoni kienu involuti Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mis-Sezzjoni tal-Klieb u mir-Rapid Intervention Unit u l-etajiet tal-irġiel arrestati jvajraw bejn id-19 u l-42 sena.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.