Ghall-maġġoranza tal-familji Maltin u Ghawdxin Jum il-Milied hu jum speċjali u ta’ ġabra, li jirnexxielu jgħaqqad lill-familja waħda għall-ikel.
Iżda fil-Faċilita’ Korrettiva’ ta’ Kordin il-ħajja hi xejra oħra u festi bħal dawn jistgħu iwasslu għal dieqa ikbar mill-jiem l-oħra għar-residenti.
Kien għalhekk li f’din il-ġurnata speċjali fil-kalendarju ta’ ħafna kien deċiż li r-residenti jkollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu mal-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna u l-Ministru tal-Intern Carmelo Abela waqt żjara li matulha fuq kollox kienet enfasizzata l-importanza li wieħed iħares lejn ir-residenti tal-Faċilita’ jiġu mħarsa b’dinjita’ u mhux meqjusa bħala numru.
Hu b’dan l-għan li fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin qed tingħata dejjem iktar importanza għall-edukazzjoni u ħafna mir-residenti jagħżlu li jgħaddu l-ħin tagħhom ta’ priġunerija billi fost l-oħrajn jipparteċipaw fl-isport, fil-kċina, l-arti u d-drama, il-mużika u l-isport jew inkella jqattgħu il-ħin tagħhom jistudjaw.
Kienu propju l-ħiliet tar-residenti l-qofol tal-laqgħa li wħud minnhom kellhom mal-Arċisqof, li ġie ppreżentat minn biċċa tal-arti minn Koreana, Kim Eunhee b’messaġġ speċjali għaliha – it-tama għall-futur aħjar.
L-Arċisqof wiegħed li din il-pittura se jsibilha post importanti fil-Palazz tal-Arċisqof fl-Imdina.
Ġie ppreżentat ukoll minn żewġ qfief tal-ħobż moħmi fil-forn tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, bl-Arċisqof jgħaddi dawn l-għotjiet għall-ikla tal-Caritas lil min f’dan il-jum kien waħdu jew ma kellux biex jixtri x’jiekol.
Minn naħa tiegħu l-Arċisqof Scicluna, li f’din iż-żjara kien akkumpanjat mill-Vigarju Ġenerali Charles Cordina u Fr Joe Galea Curmi, irreċiproka billi qassam bambini lir-residenti tal-Faċilita’ u lill-ġurnalisti – fi kliemu bi tbissima, bambin ċkejken minn Monsinjur ċkejken.
//= $special ?>

