Ħalliel armat dal-lejl seraq ammont sostanzjali ta’ flus kontant minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq Ħal Dgħejf fin-Naxxar. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-20:00.
Jirriżulta li fuq ġewwa tal-istabbiliment kien hemm żagħżugħ ta’ 26 sena mis-Siġġiewi meta l-agressur daħal fuq ġewwa u talab li jingħata l-flus.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post bil-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar li qed tmexxi l-investigazzjonijiet. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>

