Internazzjonali Knisja

Il-Papa Franġisku fil-Quddiesa ta’ Lejliet il-Milied iwissi kontra l-konsumeriżmu

epaselect epa05080372 Pope Francis kisses a baby Jesus statue as he leads the midnight Christmas Mass in Saint Peters Basilica at the Vatican late 24 December 2015. EPA/ALESSANDRO DI MEO

Fil-quddiesa tant mistennija ta’ Lejliet il-Milied fejn il-Knisja Kattolika tiftaħ ic-celebrazzjonijiet l-jum tat-twelid ta’ Ġesu, il-Papa Franġisku, għażel li jwassal messaġġ partikolari sabiex jolqot lill-1.2 biljun nisrani minn madwar id-dinja kollha.

Il-Papa Franġisku, wissa kontra l-konsumeriżmu. Hu kompla, kif f’Jum il-Milied, Ġesu qiegħed jipprova jwasslilna messaġġ, sabiex hekk kif hu ser jitwieled ġewwa qalbna, aħna rridu nkunu lesti sabiex nilqawh u narfu naraw u naghmlu dak li hu essenzjali.

Il-Papa, meta rrifletta fuq it-temi partikolari li ħadem fuqhom hu matul it-tlett snin li ilu fl-inkarigu tiegħu, hu speċifikament semma’ l-ħniena, il-kompassjoni, l-empatija, u l-ġustizzja.