Lokali

Illum tista’ tagħti d-demm sas-13:00 – #rigalimprezzabbli

Waqt li ħafna familji llum ikunu miġbura madwar mejda biex flimkien jiċċelebraw il-Milied, oħrajn iqattgħu din il-ġurnata fl-isptar minħabba problemi ta’ saħħa.

Hu għalhekk li llum wieħed mill-ikbar rigali li wieħed jista’ jagħti għall-Milied hu li jaħseb f’ħaddieħor bl-għoti tad-demm.

Fil-ġurnata tal-Milied, iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm biswit l-Isptar San Luqa se jibqa’ miftuħ sas-13:00. Min jixtieq jagħti d-demm għandu jieħu miegħu dokument tal-identita’.

Ritratt: L-istaff taċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm li jinsabu xogħol illum.